Raġel fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ b’makkinarju f’sit ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., il-pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn lassistenza f’sit tal-kostruzzjoni fil-limiti tal-Università ta’ Malta, l-Imsida.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ħaddiem ta’ 47 sena residenti Ħaż-Żabbar sofra xi ġrieħi waqt li
kien qed jagħmel użu minn makkinarju.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, fejn wara ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard
huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien ma’ tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post
tax-xogħol, għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport