Sunday, May 5, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel Ungeriż ta’ 35 sena, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident tat-traffiku. 

Illum, għall-ħabta tal-10.30 a.m., il-Pulizija ġiet informata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Għaxaq. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. 

Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Sport