Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-4.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Voge misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Yaris Cross li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Mosta.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport