Il-Pulizija ntalbet tintervjeni waqt argument li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-8:00 p.m., fi ground tal-futbol fi Triq Stiefnu Zerafa, Ħal Għargħur.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel min-Nepal ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar, sofra xi ġrieħi wara li qam argument bejn il-plejers taż-żewġ timijiet.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistih u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.