Saturday, May 4, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Santa Venera

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10.30pm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Il-Pulizija fi stqarru qalu li huma marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Sym Symphony misjuq minn raġel ta’ 20 sena residenti Birkirkara u karozza BMW 118D misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti Santa Venera.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport