Thursday, December 26, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li allegatament ġie aggredit b’ħadida fil-Marsa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kmieni dalgħodu sofra xi ġrieħi waqt argument. Kien għall-ħabta tas-7:00 a.m., meta ntalbet l-assistenza tal-pulizija hekk kif intlemħet persuna mal-art fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Somalu ta’ 37 sena allegatament kien ġie aggredit minn persuna b’ħadida u wara ħarab minn fuq il-post.

Is-Somalu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport