Raġel ta’ 68 sena residenti ż-Żurrieq sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tal-4.15am intlaqat minn vettura f’Ħ’Attard.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew imsejta fi Triq il-Pitkali fejn mill-ewwel investigazzjnijiet irriżulta li r-raġel intlaqat minn Nissan NV200 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 46 sena li joqgħod il-Gżira.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.