Raġel iweġġa’ gravi wara li vettura mxiet b’lura fil-Qrendi 

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tat-8.00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 67 sena u jgħix il-Qrendi, waqt li kien fil-garaxx tiegħu, għal xi raġuni, vettura Isuzu D-Max, imxiet b’lura waħedha, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi f’saqajh. 

Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. 

Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport