Novak Djokovic irritorna għall-azzjoni wara kważi xahar barra mill-court u beda l-avventura tiegħu fiċ-China Open b’rebħa fuq Nuno Borges. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tiegħu fit-tournament ATP 500 ta’ Beijing fi 11-il sena.
Djokovic, li rebaħ iċ-China Open sitt darbiet, rebaħ l-ewwel set 6-3, iżda fit-tieni set kellu jieħu time-out mediku minħabba problema f’dahru. Huwa deher ukoll ibati fiżikament wara rallies twal, iżda rnexxielu jibqa’ ffokat biex rebaħ il-logħba 6-3, 7-6(2).
B’din ir-rebħa, Djokovic tejjeb ir-rekord tiegħu dan l-istaġun għal 15-il rebħa u seba’ telfiet. Bħalissa jinsab fil-11-il post fir-rankings dinjija.
Waqt it-tournament, Djokovic deher ukoll jagħti pariri lil Iga Swiątek waqt sessjoni ta’ taħriġ, b’mod partikolari dwar il-pożizzjoni fir-ritorn u l-allinjament tal-ġisem. L-esperjenza tiegħu tibqa’ meqjusa bħala sors importanti ta’ għarfien għall-ġenerazzjoni li jmiss.





