Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni dalgħodu,għal ħabta tat- 7:45 am kien involut f’inċidenti fi Triq il-Markiża Buġeja, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ illi sar rriżulta li raġel ta’ 57 sena waqa’ madwar sular għoli wara li pprova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-propjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistih u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.