Tuesday, April 30, 2024

French Open: Carlos Alcaraz ikompli javvanza … Daniil Medvedev eliminat

Aqra wkoll

Iċ-champion tal-US Open u seed numru wieħed, l-Ispanjol Carlos Alcaraz, kellu bidu tajjeb meta għeleb lit-Taljan, Flavio Cobolli, 6-0 6-2 7-5, fit-tieni ġurnata tal-French Open li qed isir f’Roland Garros.

Iżda l-istorja tal-ewwel round hija l-eliminazzjoni tas-seed numru 2, ir-Russu, Daniil Medvedev, li ġie megħlub mill-Brażiljan li kkwalifika, Thiago Sorloth Wild, wara li kien 2-1 minn fuq. Dan rebaħ bil-punteġġ ta’ 7-6 (7-5) 6-7 (6-8) 2-6 6-3 6-4. 

It-tmien seed, it-Taljan Jannik Sinner għeleb lil Alexandre Muller ta’ Franza 6-1 6-4 6-1 f’siegħa u 46 minuta waqt li l-Ġermaniż Alexander Zverev irritorna fil-French Open sena wara li weġġa’ hemmhekk biex għeleb lil Lloyd Harris tal-Afrika t’Isfel 7-6 (8-6) 7-6 (7-0) 6-1.

Il-Kanadiż seed 26, Denis Shapovalov, issielet għal rebħa ta’ 6-4 7-5 4-6 3-6 6-3 fuq l-Amerikan Brandon Nakashima.

Iċ-champion tal-2015, l-Isvizzeru Stan Wawrinka, tilef vantaġġ ta’ żewġ sets kontra l-Ispanjol Albert Ramos-Vinolas qabel ma kiseb ir-rebħa fis-set deċiżiv, 7-6 (7-5) 6-4 6-7 (2-7) 1-6 6-4.

It-Tuneżina Ons Jabeur, kisbet rebħa ta’ 6-4 6-1 fuq it-Taljana, Bronzetti waqt li l-Amerikana, Coco Gauff, għelbet lill-Ispanjola Masarova 3-6 6-1 6-2.

Is-seed numru 10, iċ-Ċeka Petra Kvitova sfat eliminata mit-Taljana, Elisabetta Cocciaretto 6-3 6-4

Sport