Wednesday, April 24, 2024

Raġel jaqta’ jdejn martu b’mannara… ir-Russja mmultata €370,000

Aqra wkoll

Ir-Russja ġiet ordnata li tħallas is-somma ta’ iktar minn €370,000 bħala kumpens lil mara li spiċċat b’idejha maqtugħin waqt aggressjoni vjolenti mir-raġel tagħha. 

Il-Qorti Ewropa tad-Drittijiet Umani qalet li r-Russja naqset milli tikkumbatti l-vjolenza domestika, u ordnat biex tagħti kumpens lil erba’ nisa li kienu vittma ta’ tali vjolenza. Fost dawn l-erba’ kien hemm Margarita Gracheva li fl-2017 hija sfat maħtufa mir-raġel tagħha u attakkaha b’mannara. Fid-dawl ta’ dan il-qorti qalet li r-Russja għandha tieħu miżuri urġenti biex attakki bħal dawn ma jseħħux fil-futur. Il-qorti tenniet li l-vjolenza domestika kontra n-nisa ġewwa r-Russja qiegħda sseħħ “b’rata inkwetanti” u tenniet li Moska qiegħda tikser żewġ artikli tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani. 

Il-każ ta’ Gracheva seħħ f’Diċembru tal-2017 meta żewġha ħatafha u ħadha ġewwa foresta fejn hemm u qatgħalha jdejha b’mannara. Hija kienet diġà avżat lill-pulizija dwar l-imġiba aggressiva ta’ żewġha iżda jidher li l-uffiċjali kienu injorawha.  Wara intervent kirurġiku ġewwa l-isptar idha x-xellugija kienet reġgħet twaħħlitilha, iżda flok l-id il-leminija kellha titqiegħed waħda fittizja li setgħet issir grazzi għal ġabra ta’ flus. Il-Qorti qalet li l-każ ta’ Gracheva wera li l-awtoritajiet Russi ma ndunawx bl-abbuż domestiku qabel dan kien tard wisq.

Sport