Saturday, December 21, 2024

Raġel jieħu xokk elettriku wara li laqat main tad-dawl fil-Qala

Aqra wkoll

Eġizzjan ta’ 29 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex ħa xokk elettriku wara li kien qiegħed jagħmel trinka fi Triq il-Wardija, fil-Qala (Għawdex).

Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.10 p.m. meta għal xi raġuni r-raġel li kien qed iqatta’ trinka laqat main tad-dawl u konsegwenza ta’ dan ir-raħal kollu tal-Qala spiċċa mingħajr elettriku.

L-Eġizzjan ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, fosthom ħruq estensiv f’idu l-leminija.

Aktar tard huwa kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter biex jingħata aktar kura.

Ekonomija

Sport