Monday, October 14, 2024

Sewwieq u tarbija jweġġgħu gravi f’ħabta fil-Mosta

Aqra wkoll

Sewwieq u tarbija li kienu f’vetturi separati ddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-11:15 p.m., kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura Volkswagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Ħamrun u Peugeot misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti San Ġwann. Passiġġieri fil-Volkswagen kien hemm ukoll raġel ta’ 22 sena mir-Rabat, tfajla ta’ 20 sena mill-Belt Valletta u tarbija ta’ disa’ xhur.

Is-sewwieq tal-Peugeot u t-tarbija li kienet fil-Volkswagen ingħataw assistenza minn tim mediku sakemm ambulanza setgħet teħodhom lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport