Thursday, April 18, 2024

Raġel jindarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.00p.m. fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm dan ir-raġel, u Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport