Saturday, May 4, 2024

Raġel Kenjan li ammetta l-qtil ta’ għaxart itfal jaħrab mill-kustodja tal-pulizija

Aqra wkoll

Raġel perikoluż li kien ammetta li qatel għaxart itfal fil-Kenja ħarab mill-kustodja tal-pulizija Kenjana.

Nhar l-Erbgħa li għaddiet Masten Wanjala kien mistenni li jidher quddiem il-qorti b’rabta mal-qtil ta’ minn tal-inqas 14-il tifel fil-kapitali Nairobi u żoni oħrajn madwar il-Kenja. Stqarrija tal-pulizija kienet tgħid li Wanjala kien nieqes meta li saret is-sejħa tal-għadd ta’ kull filgħodu. B’rabta ma’ dan, tliet pulizija li kienu xogħol fil-ħin li Wanjala ħarab mill-għassa ta’ Jogoo Road ġew arrestati.

Wanjala huwa meqjus bħala bniedem perikoluż ħafna. Huwa kien ġie arrestat f’Lulju li għadda meta nsab ħati li ta d-droga u qatel subien ta’ età żgħira u kien hemm drabi fejn anke xorob id-demm tagħhom. 

Sport