Kien għall-ħabta tat-3.15pm meta raġel kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta frontali f’Ħal Lija.
L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta bejn Isuzu D’max li kien misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti Ħal Balzan u karozza Suzuki Alto li kienet misjuqa minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lis-sewwieq tas-Suziku Alto għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.