Saturday, May 4, 2024

Adrian Zammit “il-Bebbuxu” se jikkontesta l-Elezzjonijiet tal-PE

Aqra wkoll

Adrian Zammit magħruf bħala “l-Bebbuxu” fl-aħħar ħinijiet ħabbar li kien tefa’ n-nomina tiegħu mal-Kummissjoni Elettorali biex ikun jista’ jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Zammit hu magħruf sew mal-filmati live li jagħmel diversi drabi matul il-ġimgħa kemm fuq Facebook u issa anke wkoll fuq TikTok. Magħruf ukoll għal mod kif jitkellem mal-udjenza tiegħu u ma joqgħodx idur mal-lewża.

Din mhix l-ewwel darba li Adrian Zammit se jkun qiegħed jikkontesta elezzjoni hekk kif fis-snin li għaddew kien ħareġ għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Marsa.

Intant f’intervista li kien ta, Zammit kien irrakkonta dwar it-tfulija tiegħu. Jgħid kif peress li kien tifel imqareb ħafna, il-konsegwenza ta’ dan kien li kienu jsakkruh fuq it-taraġ kull meta jmur għand nanntu, u dan kien ta’ kuljum!

Zammit kien għamel żmien il-ħabs u fi kliemu stess meta kien hemm kien qal lill-ħabsin l-oħrajn li għadda minn ħabs agħar minn hem minħabba t-trobbija li kellu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport