Wednesday, May 6, 2026

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat min karozza f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-7:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar, li kien qed iħott minn vann Isuzu Elf, intlaqat minn Peugeot 3008 misjuq minn Libjan ta’ 42 sena residenti Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport