Wednesday, May 6, 2026

Organizzata b’suċċess edizzjoni oħra tat-Tazza tal-Mediterran

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ġiet organizzata r-raba’ edizzjoni tat-tazza tal-Mediterran fil-grawnds ta’ Ħaż-Żabbar u Marsaskala fejn madwar 500 tifel u tifla minn diversi klabbs Maltin u Għawdxin ħadu sehem f’kompetizzjoni li kompliet tikkonferma l-importanza tal-iżvilupp fil-futbol taż-żgħażagħ.

Fost il-klabbs parteċipanti kien hemm Ħamrun Spartans, Marsaskala, Mqabba, Żabbar, Sirens, Fgura, Balzan, Hibernians Women FC, Sannat, Żebbuġ, Mosta, Gharghur, ŻC Academy u Għaxaq. Kien hemm ukoll parteċipazzjoni internazzjonali hekk kif it-tim Taljan ta’ Lazio kien ukoll involut f’xi partiti. Il-logħbiet intlagħbu fuq livell kompetittiv iżda dejjem b’enfażi fuq it-tagħlim u l-esperjenza.

L-organizzaturi ta’ din il-kompetizzjoni sostnew li l-Mediterranean Cup tibqa’ pjattaforma importanti għall-iżvilupp tal-futbol, fejn il-kompetizzjoni, it-tagħlim u l-passjoni jingħaqdu flimkien sabiex jagħtu esperjenza pożittiva lit-tfal.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport