Thursday, December 26, 2024

Raġel l-Isptar wara li tilef il-kontroll tal-vettura f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed l-isptar għall-kura wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6:00 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 41 sena residenti l-Ġżira kien qed isuq karozza tat-tip Mercedes u għal xi raġuni tilef il-kontrolltal-vettura, bil-konsegwenza li ħabat ma’ siġra u laqat vann tat-tip Toyota Hilux, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 residenti Ħaż-Żabbar.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lix-xufier sakemm huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. 

S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport