Monday, December 23, 2024

Raġel mixli li pprova jdaħħal splussiv f’Malta jingħata l-ħelsien mill-arrest

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel mixli li pprova jdaħħal splussiv u materjal radjuattiv f’pajjiżna, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara erba’ xhur miżmum taħt arrest preventiv. 

Jomic Calleja Maatouk, ta’ 34 sena minn Ħaż-Żebbuġ ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €45,000 filwaqt li ġie ordnat jiffirma l-Għassa kuljum.

Calleja Maatouk qed ikun mixli li pprova jdaħħal f’Malta l-isplussiv C-4 velenu u materjal radjuattiv.

Huwa ressaq talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tilqa’ t-talba.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit.

Ekonomija

Sport