Tuesday, December 24, 2024

Raġel qata’ ras missieru u wera r-ras maqtugħa f’filmat fuq YouTube

Aqra wkoll

Justin Mohn ġie arrestat wara li missieru Michael, ta’ 68 sena, ħaddiem mal-gvern federali, instab mejjet b’għonqu mħanxar fid-dar tagħhom stess f’Levittown, Pennsylvania, l-Istati Uniti.
Wara li qata ras missieru, l-akkużat ħeġġeġ lil oħrajn li għandhom qraba li jaħdmu mal-gvern biex joqtluhom ukoll talli ppermettew migranti jidħlu fil-pajjiż li skont hu se jeqirdu l-Istati Uniti.

Huwa wera r-ras maqtugħa ta’ missieru waqt vidjo twil ta’ 14-il minuta li xerred fuq YouTube li baqa’ onlajn għal sitt sigħat wara li ġie mxandar għall-ewwel darba.

Fil-filmat Justin Mohn instema jgħid kontra l-President Amerikan Joe Biden u sejjaħ lin-nies biex jiġġieldu kontra dik li sejħilha “armata ta’ immigranti illegali”.

Mohn, li għandu 32 sena fil-filmat qal ukoll li dik li kellu f’idu hija ras Mike Mohn, impjegat federali ta’ aktar minn 20 sena u missieru, li issa jinsab fl-infern għall-eternità bħala traditur ta’ pajjiżu.

Huwa sejjaħ ukoll għall-vjolenza li fissirha bħala l-unika soluzzjoni għat-tradiment tal-gvern federali.

Il-Pulizija marret fid-dar tal-familja Mohn madwar siegħa u nofs wara li l-filmat ixxerred online u sabet il-katavru ta’ Michael Mohn fil-kamra tal-banju. Sussegwentement, ibnu Justine Mohn ġie arrestat wara li nstab sagħtejn ‘il bogħod minn daru.

Waqt il-filmat, Mohn sostna li ħafna nies lilu rawh bħala l-messija u rieduh bħala president.

Waqt li sostna li l-ekonomija Amerikana hija ‘kważi meqruda’, qal li ‘ir-reġim traditur ta’ Joe Biden’ ried jibgħat suldati Amerikani biex jiġġieldu għall-Ukrajna u jmutu f’xitwa Russa’.

Huwa offra wkoll somma ta’ 1 miljun dollaru Amerikan lil kull min joqtol uffiċjali inkluż id-Direttur tal-FBI Christopher Wray, l-Avukat Merrick Garland u l-eks AvukatmĠnerali Bill Barr.

Ekonomija

Sport