Thursday, December 19, 2024

Raġel ta’ 58 sena arrestat wara li wettaq serqa minn ħanut il-Furjana

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-13:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq San Tumas, il-Furjana. 

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Belt marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel daħal fil-ħanut, ħataf xi flus li kien hemm fuq il-bank tal-ħanut u ħarab minn fuq il-post b’karozza. 

Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bl-investigazzjonijiet fejn ġiet identifikata l-vettura u min seta’ kien qiegħed jagħmel użu minnha. Għalhekk, il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid Intervention Unit (RIU) bdew tfittxija u għall-ħabta tat-15:00pm, siegħa u nofs biss wara, ġie arrestat raġel fi Triq San Ġużepp il-Belt Valletta. Ir-raġel kien liebes ħwejjeġ identiċi għal dawk li deher liebes is-suspettat fil-filmati tas-sigurtà waqt is-serqa. 

L-arrestat li għandu 58 sena, qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana, għal aktar investigazzjonijiet. 

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ 12:00pm, quddiem il-Magistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace. 

Ekonomija

Sport