Wednesday, July 24, 2024

Raheem Sterling irid jibqa’ ma’ Chelsea

Aqra wkoll

Minkejja li kien qed jiġi kkritikat mill-partitarji ta’ Chelsea wara li ngħaqad magħhom fis-sena 2022, l-attakkant Raheem Sterling mhux beħsiebu jitlaq lill-klabb, anzi hu sostna li jrid jikseb il-fiduċja tal-istess segwaċi tal-Blues.

Bosta gazzetti Ingliżi rrappurtaw li Sterling qed jiġi segwit minn xi timijiet mill-Arabja Sawdija. Minkejja kollox, hu m’għandu l-ebda intenzjoni li jitlaq minn Stamford Bridge.

Sterling għandu 29 sena u b’kollox lagħab 53 partita mal-Blues u skorja 12-il gowl.

Ekonomija

Sport