L-attakkant ta’ Manchester City Raheem Sterling jippreferi jingħaqad ma’ Arsenal milli ma’ Barcelona jekk jingħata l-għażla.
L-internazzjonali Ingliż jinsab frustrat bin-nuqqas ta’ ħin tal-logħob ma’ City dan l-istaġun u dan l-aħħar issuġġerixxa li huwa miftuħ għal trasferiment.
Barcelona ġew ikkreditati b’interess fi Sterling, li fadallu 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu, iżda Arsenal huma favoriti biex jakkwistaw lill-player ta’ 26 sena.
Sterling, li qabel qatta’ erba’ staġuni ma’ Liverpool, jingħad li hu miftuħ biex jaħdem mal-ex assistant manager ta’ Man City Mikel Arteta ma’ Arsenal.
Madankollu, il-Gunners xorta jkollhom jaqblu mal-valutazzjoni tas-Citizens, li jingħad li hija madwar £40m.