Friday, November 15, 2024

“Rajtu jixxabbat mal-ħajt u rnexxielu jevita kull periklu”

Evitati nirien wara azzjoni f'waqtha minn raġel fil-Ħamrun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Filli rajna daħna u filli rajna lil dan ir-raġel jixxabbat b’ħeffa liema bħala ma’ ħajt li ma tantx kienet xi ħaġa faċli biex tixxabbat miegħu. Sakemm dħalt għall-mobile biex inċempel għall-għajnuna kien fuq u rnexxielu jikkontrolla s-sitwazzjoni”. Iddikjara dan ma’ Talk.mt wieħed mir-residenti fi Triq id-Duluri fil-Ħamrun wara li għall-ħabta tal-5:00 p.m ġie evitat inċident li seta’ kkawża ħsarat estensivi.

Ir-resident spjega ma dan is-sit li għalkemm il-pumpiera u l-Pulizija kienu fuq il-post f’qasir żmien, kellu jkun dan ir-raġel – li jidher li kien Sirjan – li rnexxielu jixxabbat b’kapaċità kbira. Id-daħna kienet ġejja minn pjanti li tħallew fuq il-units tal-airconditioners fuq in-naħa ta’ barra ta’ appartament.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm iżjed serji.

Ekonomija

Sport