Saturday, May 18, 2024

Serie A: Napoli jkollhom jistennew biex jiċċelebraw

Aqra wkoll

Napoli jkollhom jistennew biex jiċċelebraw ir-rebħ tal-Iscudetto meta f’dik li suppost kellha tkun ġurnata ta’ ċelebrazzjonjiet … spiċċat f’diżappunt meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Salernitana. 

Napoli v Salernitana – Napoli ospitaw lil Salernitana u temmew fi draw ta’ 1-1. 

Mathias Olivera (62) fetaħ l-iskor għal Napoli iżda Boulaye Dia (84) kiseb id-draw għall-viżitaturi. 

Inter v Lazio – Inter dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Lautaro Martinez (78, 91) u Robin Gosens (83) wara li Felipe Anderson (30) fetaħ l-iskor għal Lazio.  

Cremonese v Verona – Konfront bejn żewġ timijiet fin-naħa t’isfel tal-klassifika, Cremonese u Verona, spiċċaw fi draw ta’ 1-1. 

David Okereke (9) fetaħ l-iskor għal Cremonese, li kellhom lil Giacomo Quagliata (62) imkeċċi, filwaqt li Simone Verdi (75) kiseb id-draw għal Verona.  

Sassuolo v Empoli– Sassuolo rebħu lil Empoli 2-1, b’goals minn Domenico Berardi (82, 92 pen) wara li Nicolo Cambiaghi (11) fetaħ l-iskor għal Empoli. 

Torino v Atalanta – Fil- partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, barra minn darhom Atalanta għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers ikunu Davide Zappacosta (34) u Duvan Zapata (88) filwaqt li Antonio Sanabria (75) kiseb id-draw momentarju għat-Toro. 

Sport