L-ex manager ta’ RB Leipzig, Ralf Rangnick huwa miftuħ għall-idea li jieħu post Ole Gunnar Solskjaer bħala manager ta’ Manchester United.
Il-pressjoni żdiedet fuq Solskjaer wara t-telfa ta’ 2-0 f’darhom is-Sibt kontra Manchester City, b’din tkun it-tieni telfa kosnekuttiva f’Old Trafford għar-Red Devils.
Antonio Conte kien marbut b’mod qawwi mal-kariga qabel aċċetta l-impjieg ta’ Tottenham Hotspur, filwaqt li l-manager ta’ Leicester City Brendan Rodgers huwa maħsub li huwa għażla għall-club.
Huwa mifhum li Rangnick jinsab ukoll interessat, bil-coach ta’ 63 sena interessat li jingħaqad mar-Red Devils.
Rangnick qabel kien id-direttur tal-football ta’ Red Bull Salzburg u Leipzig qabel mexxa lil dawn tal-aħħar f’żewġ perjodi separati bejn l-2015 u l-2019.
Il-Ġermaniż bħalissa qed jaħdem bħala kap tal-isports u l-iżvilupp ma’ Lokomotiv Moska iżda huwa mifhum li jkun ħerqan li jiddiskuti ċaqliq potenzjali għal Old Trafford.
Solskjaer qal wara t-telfa tas-Sibt fid-derby ta’ Manchester li mhux qed jibża’ li jitlef xogħlu.