Tuesday, May 14, 2024

Ralf Rangnick mistenni jitħabbar bħala l-manager tat-team nazzjonali tal-Awstrija

Aqra wkoll

Ralf Rangnick mistenni jitħabbar bħala l-manager li jmiss tat-team nazzjonali tal-Awstrija fi żmien 24 sa 48 siegħa li ġejjin, iżda se jibqa’ ma’ Manchester United fir-rwol ta’ konsulenza tiegħu.

Il-manager ta’ 63 sena ħa post Ole Gunnar Solskjaer f’Novembru tas-sena l-oħra u qabel li jieħu t-tmexxija tal-ewwel tim fuq bażi temporanja sas-sajf, qabel jieħu rwol ta’ konsulenza għaż-żewġ staġuni li ġejjin.

Il-ġimgħa li għaddiet, Erik ten Hag inħatar bħala l-manager il-ġdid ta’ Manchester United qabel l-istaġun 2022-23, b’Ranggnick se jibqa’ fil-club fir-rwol ta’ konsulenza tiegħu, jaħdem għal sitt ijiem fix-xahar matul is-sentejn li ġejjin.

Huwa mifhum Rangnick issa ġie avviċinat mill-FA Awstrijakka, li jqisu lill-Ġermaniż bħala l-kandidat preferut tagħhom biex jieħu t-tmexxija tat-team nazzjonali, u mistennija ssir laqgħa tal-kumitat eżekuttiv qabel ma titħabbar il-ħatra tiegħu biex fi żmien 24 sa 48 siegħa li ġejjin.

Jidher li Rangnick huwa lest li jgħaqqad id-dmirijiet tiegħu ta’ konsulenza ta’ Manchester United mal-impjieg tal-Awstrija, u għalkemm għad irid jiffirma kuntratt biex isir il-manager li jmiss tagħhom, iridu jiġu nnegozjati biss dettalji żgħar qabel ma tkun tista’ titħabbar din l-aħbar b’mod uffiċjali.

Sport