Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl tkellem dwar it-tema l-aktar importanti li qed jiddomina l-Bavarja matul dawn l-aħħar ġimgħat, iġifieri l-ħatra ta’ kowċ minflok Thomas Tuchel li se jieqaf f’Ġunju li ġej.
Eberl bħal qisu indika li d-diskussjonijiet mal-kowċ Ralf Rangnick jinsabu fi stadju avvanzat u ma tkunx sorpriża li fil-jiem li ġejjin huma jikkonfermaw din l-aħbar.
Minkejja kollox, Eberl qal li għalissa għajnejhom jinsabu fuq it-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Real Madrid.