Sunday, November 24, 2024

“Ralph” jiġi operat darbtejn wara li ġie salvat mix-Xlendi

Aqra wkoll

Kien fit-23 ta’ Diċembru li għadda meta mix-Xlendi ġie salvata fekruna tas-sess maskili li mill-ewwel kien jidher li kienet intlaqtet minn skrun ta’ dgħajsa.

Il-fekruna ġie salvata minn Wildlife Rescue Team Malta u mill-ewwel it-Tabib Grupetta għamel żewġ operazzjonijiet fuqha bit-tama li ssalva.

Il-fekruna li rriżulta li hu raġel ingħata l-isem ta’ “Ralph”. Kawża tad-daqqa li l-fekruna kellha fuq dahra tilfet ħafna demm kif ukoll instab li kellha xi snanar imwaħħlin f’istonku.

Minkejja li kienet dgħajfa ħafna f’saħħitha, l-operazzjonijiet irnexxew u issa qiegħda tinżamm f’tank taħt medikazzjoni

Wildlife Rescue Team Malta rringrazzja lill-voluntieri kollha li għenu l-operazzjoni tas-salvataġġ kif ukoll lil Vets Dr A Gruppetta u Dr Mauro Buttigieg.

J’Alla ftit xhur oħrajn naraw lil “Ralph” mill-ġdid fil-baħar, fil-post naturali.

Sport