Sunday, July 26, 2026
Home Sport Nicolas Otamendi u Enzo Fernandez lura ma’ Benfica

Nicolas Otamendi u Enzo Fernandez lura ma’ Benfica

0
545

Id-difensur ċentrali Arġentin Nicolas Otamendi wasal il-Portugall flimkien mal-kollega Enzo Fernandez fejn se jkomplu jħejju għat-tieni parti tal-istaġun ma’ Benfica. 

Hekk kif wasal fl-ajruport Humberto Delgado f’Lisbona, Otamendi ġie assedjat minn xi ġurnalisti Portugiżi fejn saqsewh x’se jkun il-futur tiegħu wara spekulazzjoni li jista’ jitlaq lil Benfica.

Otamendi, li għandu 34 sena, sostna li jrid itemm l-istaġun ma’ Benfica imbagħad wieħed jara x’jiġri.