Saturday, July 25, 2026
Home Sport Borja Iglesias fir-radar ta’ Atletico Madrid

Borja Iglesias fir-radar ta’ Atletico Madrid

0
546

Atletico Madrid qed isegwu b’interess il-progress tal-playmaker ta’ Real Betis Borja Iglesias. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ilu tliet snin mat-tim minn Seville fejn lagħab 109 partiti u skorja 32 gowl.

L-għan tal-Colchoneros hu proprju li jsibu sostitut ideali għal Joao Felix li mistenni jitlaq lill-klabb mill-belt kapitali Spanjola b’diversi timijiet Ewropej li mistennija joffru l-aħjar offerta sabiex jakkwistawh.