Il-winger ta’ Barcelona Raphinha kien qed jitkellem dwar is-sitwazzjoni li għaddej biha l-klabb tiegħu fejn fl-aħħar jiem ġew imċaħħda mill-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola sabiex jirreġistraw lil Dani Olmo u Pau Victor.
Raphinha qal li b’xorti ħażina l-plejers li jixtiequ jiġu magħhom f’xi mument tas-suq tat-trasferimenti, jistgħu jaħsbuha darbtejn minħabba din is-sitwazzjoni.
Il-plejer ta’ 28 sena qal li bħala plejers qed jippruvaw jikkonċentraw fuq il-kampjonat u t-tazzi li qed jilagħbu għalihom għalkemm fil-fond ta’ qalbhom jinsabu inkwetati fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb.