L-attakkant ta’ Barcelona Raphinha irrifjuta offerta ferm attraenti li waslulu mill-Arabja Sawdija għax ried ikompli jilgħab fi Spanja. Huwa għandu 27 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Brażiljana.
Hu jinsab għal qalbu fil-Katalunja minkejja li diversi klabbs mis-Saudi Pro League wiegħduh pakkett finanzjarju li jaqbel il-€100 miljun.
Minkejja kollox, Raphinha irraġuna li l-flus mhux kollox u għalhekk se jibqa’ mal-Blaugrana fejn ilu magħhom sa mill-2022 fejn skorja 16-il gowl fi 68 logħba.