Saturday, October 26, 2024

Rapporti: Immigranti abbord tanker taż-żejt ’il barra minn Malta jheddu li se jaqbżu l-baħar

Aqra wkoll

Uħud mill-immigranti li ilhom għal kważi xahar abbord tanker taż-żejt ’il barra mill-kosta Maltija heddew li jaqbżu l-baħar. Dan kien irrapportat minn Times of Malta wara kummenti li għaddiehom iċ-cief technical officer ta’ Maersk Tankers, Tommy Thomassen.

Il-membri tal-ekwipaġġ tal-vapur Etienne salvaw lil grupp ta’ 27 immigrant, fosthom mara tqila u minorenni nhar il-5 ta’ Awwissu li għadda.

Fil-kummenti li ta, Thomasson qal li l-kaptan tal-vapur qed jirrapporta li l-frustrazzjoni fost l-immigranti dejjem aktar qed tiżdied.

Jidher li fost id-diffikultajiet abbord hemm ukoll in-nuqqas ta’ provvisti. Il-vapur jista’ jakkomoda lil 21 membru tal-ekwipaġġ, bin-numru ta’ persuni attwalment abbord huwa aktar mid-doppju.

Sport