Saturday, November 23, 2024

Rapporti ta’ tonn midrub viċin ix-xatt tax-Xgħajra

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura (FMAP) b’reazzjoni għal dawn ir-rapporti

Minn ANTHEA CACHIA

Wara diversi rapporti inkwetanti fuq il-midja soċjali ta’ tonn midrub viċin tax-xatt tax-Xgħajra, il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akkwakultura (FMAP)  tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li t-tqegħid fil-gaġġeġ tat-tonn sar u t-tagħlil tal-istess tonn mhux se jibda’ qabel l-ewwel jum t’Ottubru. 

Madanakollu, l-istaġun tal-qbid ‘tradizzjonali’ tat-tonn issa ngħalaq u kull tip ta’ qbid, anke aċċidentali, ta’ tonn ġie ddikjarat uffiċjalment bħala mhux permess mill-15 t’Awwissu.

Għaldaqstant il-Federazzjoni tgħid li kull tip ta’ karkassi ta’ tonn, jew tonn midrub jista’ jkun kawża ta’ jew sajd illegali mill-ibħra jew inkella serq ta’ tonn li jkun fil-fish farm, minn nies li m’humiex sajjieda tradizzjonali, bil-ħsieb li jwettqu attivitajiet kummerċjali llegali. 

Il-fenomenu ta’ qbid illegali ta’ dan it-tip huwa ta’ tħassib għall-Federazzjoni għaliex tmur kontra s-sostenibbilità u l-konservazzjoni ta’ din l-ispeċi u huwa nġust għal dawk kollha li jagħmlu sforz ġenwin biex ikunu responsabbli.

F’isem l-FMAP, Dr Charlon Gouder qal li minkejja li l-Federazzjoni tapprezza l-fatt li l-awtoritajiet qed jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jikkontrollaw is-sajd irregolari jew attentati ta’ serq, jemmen li hemm bżonn t’approċċ aktar koordinat. 

Temm jgħid li azzjonijiet irresponsabbli msemmija m’għandhomx jippermettu li jkun hemm dell ikrah fuq l-industrija tal-professjonisti.

Sport