Id-diriġenti ta’ Manchester United mistenni jaqblu ma’ dawk ta’ Real Betis sabiex ibiegħu b’mod permanenti lill-plejer Brażiljan Antony. Dan tal-aħħar ingħaqad mat-tim mill-belt ta’ Seville sa minn Jannar li għadda fuq bażi ta’ self iżda nbidel mil-lejl għan-nhar fil-wirjiet tiegħu hekk kif diġa’ skorja żewġ gowls f’ħames partiti, b’kuntrast mar-Red Devils fejn lanqas biss kien jilgħab.
L-istess plejer ta’ 25 sena jrid din il-bidla u għalhekk fis-sajf li ġej mistenni jiffirma kuntratt permanenti magħhom.