Wednesday, December 4, 2024

Real Madrid għandhom tmien players nominati fil-FIFPro team tas-sena

Aqra wkoll

Real Madrid għandhom tmien players nominati għat-Team tas-Sena 2024 tal-Irġiel tal-FIFPro li huwa l-akbar numru meta nkluż għandhom lill-attakkant ta’ Franza, Kylian Mbappe, li ngħaqad mal-club Spanjol mingħand il-Franċiżi, Paris St-Germain, fis-sajf li għadda.

Warajhom b’seba’ players jiġu Manchester City fost 11-il stilla tal-Premier League nominati li huma l-goalkeeper Ederson, id-difensuri Ruben Dias u Kyle Walker, il-midfielders Rodri, Kevin de Bruyne u Phil Foden u l-attakkant Erling Haaland.

L-attakkant Ingliż, Cole Palmer, huwa magħżul għall-ewwel darba bħala player ta’ Manchester City u Chelsea wara li ċċaq­laq mill-Etihad Stadium għal Stamford Bridge f’Awwissu 2023.

L-attakkant ta’ Bayern Munich, Harry Kane, u l-midfielder ta’ Real Madrid, Jude Bellingham, huma l-internazzjonali l-oħra tal-Ingilterra fil-lista mqassra ta’ 26 player tal-irġiel.

Inkluż ukoll hemm il-goalkeeper ta’ Aston Villa u l-Arġentina, Emiliano Martinez, iżda m’hemmx post għall-winger ta’ Liverpool u l-Eġittu, Mohamed Salah.

L-attakkant tal-Arġentina u Inter Miami, Lionel Messi, u l-attakkant tal-Portugall u Al Nassr, Cristiano Ronaldo, huma l-uniċi żewġ players fil-lista li jilagħbu barra mill-Ewropa.

It-18-il nomina ta’ Messi testendi r-rekord tiegħu bħala l-aktar player nominat fl-istorja, b’Ronaldo viċin tiegħu b’16.

Il-premju FIFPro World 11 jivvutaw għalih biss il-kollegi players professjonali.

L-għaqda globali tal-players FIFPro qalet li vvutaw aktar minn 21,000 player tal-irġiel minn 70 pajjiż, filwaqt li aktar minn 7,000 player tal-football tan-nisa tefgħu l-vot tagħ­hom.

Iż-żewġ timijiet tal-World 11 se jiġu     mxandra fil-FIFA Best Awards nhar it-Tnejn li ġej, 9 ta’ Diċembru.

Il-players nominati fil-lista tal-irġiel hu­ma:

Goalkeepers: Ederson (Man City, Brażil), Emiliano Martinez (Aston Villa, Arġentina), Manuel Neuer (Bayern Munich, Ġermanja)

Difensuri: Dani Carvajal (Real Madrid, Spanja), Ruben Dias (Man City, Portugall), Virgil van Dijk (Liverpool, Olanda), Jeremie Frimpong (Bayer Leverkusen, Olanda), Antonio Rudiger (Real Madrid, Ġermanja), William Saliba (Arsenal, Franza), Kyle Walker (Man City, Ingilterra).

Midfielders: Jude Bellingham (Real Mad­rid, Ingilterra), Kevin De Bruyne (Man City, Belġju), Phil Foden (Man City, Ingilterra), Toni Kroos (Real Madrid, Ġermanja), Luka Modric (Real Madrid, Kroazja), Jamal Musiala (Bayern Munich, Ġermanja), Rodri (Man City, Spanja), Federico Valverde (Real Madrid, Urugwaj).

Attakkanti: Erling Haaland (Man City, Norveġja), Harry Kane (Bayern Munich, Ingilterra), Kylian Mbappe (Paris St-Germain/Real Madrid, Franza), Lionel Messi (Inter Miami, Arġentina), Cole Palmer (Man City/Chelsea, Ingilterra), Cristiano Ronaldo (Al-Nassr, Portugall), Vinicius Jr (Real Mad­rid, Brażil), Lamine Yamal (Barcelona, Spanja).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport