Saturday, May 4, 2024

Real Madrid interessati f’Pedro Porro

Aqra wkoll

Real Madrid qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq Pedro Porro bil-ħsieb li jagħmlu mossa għad-difensur ta’ Manchester City matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ingħaqad ma’ Man City mingħand Girona fl-2019 iżda għad irid jagħmel dehra fl-ewwel team għas-Citizens, u qatta’ żmien b’self ma’ Real Valladolid u Sporting Lisbon.

Sporting għandhom l-għażla li jiffirmaw lil Porro bi ftehim permanenti s-sena d-dieħla, u l-ġganti Portugiżi jingħad li huma determinati li jżommu lill-internazzjonali ta’ Spanja.

Madankollu, hemm ukoll interess ġenwin minn Real Madrid, li jridu jiffirmaw difensur dritt ġdid biex jikkompeti ma’ Dani Carvajal għall-post inizjali.

Porro skorja sitt goals u rreġistra erba’ assists fi 52 dehra għal Sporting fil-kompetizzjonijiet kollha.

F’dan l-istaġun, l-Ispanjol reġa’ kien player ewlieni għall-club Portugiż, fejn fi 15-il okkażjoni – fosthom erba’ dehriet fiċ-Champions League – skorja żewġ gowls u pprovda żewġ assists.

Sport