Real Madrid jinsabu furjużi bl-“iskandlu” tat-tlugħ tal-poloz mill-ġdid taċ-Champions League wara żball tekniku tal-UEFA.
It-team ta’ Carlo Ancelotti kien skedat li jaffronta lil Benfica fl-aħħar 16 wara d-draw inizjali iżda issa se jilagħbu kontra Paris Saint-Germain wara li reġgħu telgħu l-poloz.
L-iżball inqala’ meta Manchester United telgħu biex jilagħbu kontra Villarreal – li ma setax iseħħ minħabba li ż-żewġ clubs kienu fl-istess grupp flimkien – u r-Red Devils imbagħad ma kinux fil-pot biex potenzjalment jaffrontaw lil Atletico Madrid.
Dan kollu ġie ttimbrat bħala “skandlu” minn Real Madrid, bi Florentino Perez jemmen li ma kienx hemm bżonn ta’ tlugħ tal-poloz mill-ġdid minkejja l-iżball tekniku.
L-animosità bejn il-UEFA u Real Madrid issa tista’ tikber, bil-pjanijiet tas-Super League Ewropea mħassra diġà jwasslu għal relazzjonijiet mhxu daqshekk pożittivi.
Man United fl-aħħar mill-aħħar telgħu biex jilagħbu kontra Atletico fil-fażi tal-aħħar 16 wara li r-Red Devils inizjalment kienu telgħ biex jilagħbu ma’ PSG.