Friday, May 3, 2024

Real Madrid jagħmlu offerta ta’ £42 miljun għal Kylian Mbappe

Aqra wkoll

Real Madrid għamlu offerta ta’ £42 miljun biex jiffirmaw lill-winger ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan ix-xahar.

Il-kuntratt tal-player ta’ 23 sena fil-Parc des Princes għandu jiskadi fi tmiem dan l-istaġun, li jfisser li PSG jirriskjaw li jitilfu l-istilla Franċiża tagħhom bi free transfer fis-sajf.

Madankollu, il-Los Blancos huma ħerqana li jassiguraw lil Mbappe aktar kmieni milli wara u wara li fis-sajf kellhom offerta ta’ £150 miljun miċħuda, il-leaders ta’ La Liga jistgħu jiżguraw il-mira tagħhom bi prezz ferm imnaqqas.

L-aġent tal-football Giovanni Branchini jsostni li Real Madrid issa marru lura lejn PSG b’offerta oħra din id-darba fir-reġjun ta’ £42m, hekk kif PSG ġew taħt pressjoni biex ma jitilfux lil Mbappe bi free transfer fi tmiem dan l-istaġun.

Florentino Perez ma qatax qalbu mill-insegwiment tiegħu ta’ Mbappe, li fil-passat esprima x-xewqa tiegħu li jilgħab ma’ Real Madrid, u jkun ħerqan li jiffirma lill-internazzjonali Franċiż qabel ma l-Los Blancos jiffaċċjaw lil PSG fir-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League x-xahar id-dieħel.

Mbappe laħaq l-ammont ta’ 150 goal għal PSG bi tripletta f’temp ta’ 18-il minuta kontra Vannes fil-Coupe de France fl-aħħar partita tal-Pariġini.

Sport