Thursday, April 18, 2024

“Victor Calvagna mhu se jintesa’ qatt”

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin ma naqsux l-għexieren ta’ messaġġi fejn fihom ġiet imfakkra l-memorja tal-Konsulent tant maħbub u l-President ta’ Puttinu Cares Dr Calvagna.

Fost dawn, l-ogħla awtoritajiet f’Malta sellmu l-memorja tiegħu fejn ilkoll esprimew in-niket għall-aħbar li huwa ħalla din id-dinja.

Il-President ta’ Malta George Vella qal li jinsab imnikket u se jżomm lill-familja u l-ħbieb tiegħu fi ħsibijietu. “Jalla l-legat li ħalla warajh ta’ kura lil dawk l-iktar vulnerabbli jispira lil ħafna biex jimxu wara l-passi tiegħu.”

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Dr Calvagna mhu se jintesa qatt. “Ebda kliem li jitlissen ma jista’ jkun biżżejjed biex jiddeskrivi l-ġid li għamel. Kondoljanzi lill-familja immedjata tiegħu u lill-familja kollha ta’ Puttinu.”

Anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tiegħu fejn qal: “Nafek bniedem korrett, ta’ ftit kliem u b’qalb kbira anke waqt logħba futbol five-a-side. Il-ġid li għamilt u li se tibqa’ tagħmel bl-opri li ħallejt warajk mhu se jintesa qatt. Il-ħajjiet li salvajt huma ħafna. Missejt ħafna qlub u slift ħafna tama. Il-poplu Malti u Għawdxi hu grat lejk kemm bħala tabib, speċjalista mat-tfal u anke għas-sehem kbir li tajt f’Puttinu Cares.”

Il-Partit Laburista sellem il-memorja tiegħu u qal li huwa se jibqa’ mfakkar għas-servizz li ta b’imħabba lejn it-tfal pazjenti tiegħu, il-familji tagħhom u l-ħidma li wettaq f’Puttinu Cares. 

Ekonomija

Sport