Friday, July 24, 2026
Home Sport Real Madrid jiffirmaw lil Aurelien Tchouameni

Real Madrid jiffirmaw lil Aurelien Tchouameni

0
690

Real Madrid iffirmaw lill-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni.

Huwa ffirma kuntratt ta’ sitt snin u nhar it-Tlieta mistenni jagħmel l-eżami mediku.

Il-Madrleni ħallsu s-somma ta’ €85 miljun għall-firma tiegħu fejn għelbu l-isfida ta’ Liverpool u Paris St-Germain.

Real Madrid ħarġu stqarrija li kienet tgħid: “Real Madrid laħqu ftehim ma’ Monaco għat-trasferiment ta’ Aurelien Tchouameni, li ffirma kuntratt ta’ sitt snin.”