Real Madrid qed jikkunsidraw li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Tottenham Hotspur Cristian Romero. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u ilu ma’ The Spurs sa mis-sena 2022 fejn lagħab madwar mitt logħba magħhom filwaqt li skorja seba’ gowls.
Id-diriġenti Madrileni qed jaħsbu sabiex isaħħu d-dipartiment difensiv u Romero jaf ikun is-soluzzjoni. Hu lagħab ukoll 40 logħba mat-tim nazzjonali Arġentin filwaqt li skorja tliet gowls.