Il-midfielders ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, mistenni “jqajjem” gwerra fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf li ġej hekk kif l-aqwa clubs fosthom Real Madrid, Liverpool, Manchester City, u Chelsea, qed jiġru wara l-firma tiegħu.
Dan il-player ta’ 19-il sena huwa wieħed mill-aqwa players fid-dinja fil-pożizzjoni tegħu u mistenni jitlaq lill-club wara sentejn u nofs wara li ġie ffirmat mingħand Birmingham City.
Qed jingħad li Borussia Dortmund se jitolbu prezz ta’ madwar €150 miljun biex ibigħu Bellingham fis-sajf. Iżda, Real Madrid mhux se jkunu lesti li jħallsu din iċ-ċifra hekk kif fin-negozjati inizjali s-somma kienet dik ta’ €100 miljun.
Il-fatt li Bellingham m’għandux klawsola ta’ rilaxx imdaħħla fil-kuntratt tiegħu u għad fadal aktar minn sentejn biex jintemmlu l-kuntratt, il-club huwa f’pożizzjoni li jinnegozja għal somma “esaġerata”.
Qed jingħad li Liverpool jinsabu favoriti li jakkwistaw is-servizzi tiegħu iżda finalment Bellingham jispiċċa fejn jixtieq imur jilgħab hu kif ukoll irid isir qbil bejn iż-żewġ clubs involuti.