Sunday, May 5, 2024

Raġel iweġġa’ f’aċċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li għall-ħabta tas-6.15am ġew informati li kien seħħ aċċident tat-traffiku fi Triq Sant’Antnin f’Wied il-Għajn

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 27 sena mill-Maċedonja u residenti f’Wied il-Għajn, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport