Thursday, May 9, 2024

Ruben Neves fil-mira ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Wara li Liverpool kellhom wieħed mill-agħar bidu tagħhom tal-istaġun tal-Premier League f’dawn l-aħħar 10 snin il-club qed jikkunsidra li jsaħħaħ l-iskwadra fis-suq tat-trasferiment f’Jannar li ġej. 

Wieħed mill-players li jinsab fil-mira tagħhom huma l-midfielder internazzjonali Portugiż ta’ Wolves, Ruben Neves. 

Ir-Reds qed jaraw il-potenzjal ta’ dan il-player li kapaċi jikkmanda s-settur ta’ nofs il-ground hekk kif il-players attwali huma kollha ‘l fuq minn 30 sena u għaldaqstant huwa l-aktar dipartiment dgħajjef tat-team immexxi mill-coach Jurgen Klopp. 

Neves kien qed jiġi segwit minn numru ta’ clubs fosthom Barcelona u Manchester United mingħajr suċċess. 

Min-naħa l-oħra, Wolves għadhom kif ħatru lil Julen Lopetegui biex imexxi lit-team wara t-tkeċċija ta’ Bruno Lag u, bla dubju, ma jkunx irid jitlef wieħed mill-aqwa players fit-team ta’ Wolves, f’Jannar li ġej. 

Sport