Sunday, May 5, 2024

Darts: Floriana Ajax A jibqgħu konsistenti … jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Floriana Ajax A kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni organizzat mill-Malta Darts Association wara li għelbu lil Fgura Kenky 6-2. Il-Greens jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika u s’issa qed ikollhom wirjiet tajbin fil-logħbiet li qed ikollhom.

Floriana stabilixxew vantaġġ ta’ 4-0 fl-ewwel parti tal-logħba bit-tim mill-Fgura li wettaq reazzjoni għal 4-2 għalkemm l-aħħar żewġ games reġgħu kienu favur il-Furjaniżi li eventwalment kisbu t-tliet punti finali.

Ħamrun Bayern A irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2 filwaqt li anke Sliema Inter Darts Club setgħu jiċċelebraw l-ewwel rebħa tal-istaġun wara skor simili kontra Top Gun Bar.

F’logħba ferm interessanti, Education Bar għelbu lil Ħamrun Bayern B 5-3.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Floriana Ajax B u Birżebbuġa Lions kisbu rebħiet kbar ta’ 7-1 kontra Fgura Maypole u Beland Bull’s Eye rispettivament filwaqt li f’partita ferm bilanċjata, PO’s Bar u Cox Bar temmew il-konfront tagħhom fi dro ta’ 4-4.

Finalment fit-tielet diviżjoni, Duke’s Bar A u Birgu Boċċi Darts Club rebħu bl-iskor identiku ta’ 5-3 kontra Leah’s Bar u Żebbuġ Rangers rispettivament filwaqt li Duke’s Bar B u Żejtun Domus spiċċaw fi dro ta’ 4-4.

Sport